Matthias Mizzi
MOSTA…………0
GŻIRA U……….2
Gżira United irkupraw mit-telfa kontra l-leaders Ħamrun Spartans meta b’gowl f’kull taqsima għelbu lil Mosta fl-Istadium taċ-Ċentinarju. Dawn it-tliet punti kienu kruċjali għal Gżira biex ma jitbiegħdux minn mal-Ispartans f’termini ta’ punti. Fuq in-naħa l-oħra, wara r-rebħa sorpriża tal-ġimgħa li għaddiet fuq Birkirkara, Mosta naqsu milli jilħqu l-aspettattiva.
Bidu perfett għal Gżira li fetħu l-iskor fl-ewwel tentattiv tagħhom lejn il-lasti hekk kif Akpan ma ħatafx tajjeb minn free-kick ta’ Gabriel Bohrer u Maxuell Maia daħal u faċilment tefa’ ġewwa. Mosta rrispondew fid-19-il minuta f’azzjoni personali ta’ Christ Ememe iżda falla minn pożizzjoni angolata. Seba’ minuti mill-mistrieħ id-difensur ta’ Gżira, Gabriel Bohrer għal ftit ma ssorprendiex lil dawk preżenti b’xutt li għadda bħal vleġġa minn mal-lasti ta’ Akpan. Ferħa bla temma għall-Maroons mal-50 minuta hekk kif mir-rebound Jefferson De Assis inqabad fin-nasba tal-offside wara xutt mid-distanza ta’ Nikolai Muscat li stampa mal-mimduda. Bi Gżira beżgħana li jlaqtu l-gowl tal-parità, għoxrin minuta wara l-plejer veteran Marcelo Dias ħarab minn mal-lemin fuq kontrattakk iżda fl-aħħar parti tal-ground ma kienx effettiv bix-xutt tiegħu spiċċa mblokkat.Tliet minuti biss wara l-attakkant prolifiku Jefferson De Assis għalaq il-partita b’gowl tal-istampi fir-rokna tax-xibka minkejja li sa qabel dan il-gowl ftit li xejn kien effettiv fuq quddiem. L-aħħar ħinijiet tal-partita kienu ddominati mill-Maroons biex huma żammew l-iskor finali ta’ 2-0 favurihom.
Mosta: E. Akpan, C. Ememe, D. Bonnici (K. Johnson 57’), C. Failla, G. Sciberras (P. Tenebe 57’), B. Diarra. J. Akrong, G. Acheampong (T. Akiti 69’), S. Kingue, J. Vassallo
Gżira United: D. Zarkov G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat (A. Borg 90+2’), Z. Scerri, M. Dias, T. Kolega, R. Correa (L. Riascos 46’), M. Cosic, M. Maia (J. Mendoza 72’), J. De Assis (B. Borg 90+2’)
Imwissija: G. Sciberras 37’ (MST), M. Dias 52’ (GŻR), M. Cosic 70’ (GŻR)
Skorjaw: M. Maia 5’ (GŻR), J. De Assis 70’ (GŻR)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Gabriel Bohrer (GŻR)
BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)
//= $special ?>