Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV jitkellem dwar l-inċertezza li qed taffettwa l-ekonomija

L-inflazzjoni u l-incertezza prezenti qed taffetwa l-operat bankarju u l-infieq tal-klijenti.

Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Kenneth Farrugia f’intervista li ta’ lil Net News, propju fil-gurnata li fiha l-bank prezenta r-rizultati finazjarji tieghu.

Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-BOV tkellem ukoll dwar l-effetti fuq tal-hwienet u fuq negozji akbar. Dan hekk kif il-prezzijiet tal-materja prima u ta’ diversi prodotti oħra qed ikomplu jisġaraw ‘il fuq.

Intant, il-BOV ħabbar ir-riżultati finanzjarji għall-perjodu bejn Jannar u Settembru tal-2022, fejn irrapporta telf qabel it-taxxa li jammonta għal €55.7 miljuni.

Iżda meta wieħed jeskludi l-effett tal-ħlas relatat mal-każ tad-Deiulemar (DE-JULEMAR), il-profitt matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena jammonta għal €47.8 miljun – żieda ta’ 3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Il-Bank irrapporta ukoll tkabbir kontinwu fl-attivitajiet bankarji ewlenin tiegħu, bid-dħul ewlieni juri prestazzjoni kummerċjali mtejba.