L-isparatura li feriet lill-eks Prim Ministru Pakistani Imran Khan qanqal messaġġi ta’ kundanna minn madwar id-dinja – bil-partitarji ta’ Khan qed jinsistu li l-azzjoni kienet intenzjonata bħala attentat fuq ħajtu.
Imran Khan, li għandu 70 sena, qed jirkupra l-isptar wara li qala’ tir f’saqajh waqt marċ ta’ protesta f’Wazirabad. Fl-istess attakk inqatlet persuna, b’għaxra jisfaw midruba.
Sadanittant, il-kundizzjoni ta’ Khan – li kien tneħħa minn Prim Ministru f’April waqt vot ta’ sfiduċja — hi mfissra bħala stabbli u mistenni li hu jkun rilaxxat mill-isptar fil-jiem li ġejjin.
Iżda l-attakk tal-Ħamis ħalla lill-poplu fuq ix-xwiek, bl-iskejjel ma jiftħux u bil-partit ta’ Khan, il- Pakistan Tehreek-e-Insaf (PTI), isejjaħ għall-protesti fuq skala nazzjonali. L-avversarji politiċi ta’ Khan ukoll ikkundannaw l-attakk, bil-Prim Ministru tal-Pakistan, Shehvaz Sharif, jordna investigazzjoni immedjata.
//= $special ?>

