Lokali

Imtella’ wirja ta’ mudelli ta’ kull xorta fil-Ħamrun

Minn mudelli ta’ karozzi u djar, għal ta’ ajruplani u għal dawk tal-ferroviji.

Dan hu dak li wieħed jista’ jara f’wirja mill-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera tal-Mudelli li qed tittella’ fil-Ħamrun, wirja li għandha għaddejja sal-Ħadd.

Tkellimna ma’ Charles Mifsud is-Segretarju Ġenerali tal-entità fejn qalilna aktar dwar din l-eżebizzjoni.

Charles Mifsud qal li wieħed permezz tax-xogħol fuq dan il-mudelli jsib ftit serħan il-moħħ mill-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu ta’ kuljum.

Intant fost l-oħrajn, il-Ġimgħa l-Kap tal-PN Bernard Grech żar din il-wirja, fejn tkellem u qasam il-ħsibijiet ma’ dawk li esebixew fil-wirja u persuni oħra li kienu qed iżuru din il-wirja.