Lokali Qorti

Jammetti li sawwat raġel u weġġgħu sew

Indjan ta’ 24 sena residenti l-Pietà ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal 18-il xahar mill-Maġistrat Rachel Montebello wara li ammetta li bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru li għadda, fil-Pietà stess uża kliem ta’ theddid fil-konfront ta’ persna oħra u kkaġunalu feriti gravi.

George Shibin ammetta li hedded lil ċertu Shafeek Chakkarapadath u weġġgħu b’daqqiet f’ġenbu, fil-kustilji u f’rasu waqt ġlieda. L-Ispettur Eman Hayman li nvestiga l-każ qal li l-argument seħħ bejn il-vittma, l-imputat u żewġ persuni oħra.

Il_Qorti qieset il-fatt, il-vittma kkonferma li “Shibin ma għamilli l-ebda ‘injuries’ imma beda jagħtini bil-ponn”. Madanakollu, il-Qorti qalet ukoll li ma tistax twarrab il-gravita’ tal-aggressjoni li wettaq l-imputat, fejn imkien ma ġie allegat li din kienet ir-rizultat ta’ xi provokazzjoni minn naħa tal-vittma.

Il-ġrieħi li ġarrab il-vittma, fosthom huma ksur tal-ħames metatarsal u l-għadma bejn l-għaksa u s-suba’ ż-żġħir.
uġigħ, li huwa relatat ma uġiegħ fid-dahar, kompatibbli mad-daqqiet li l-vittma ddeskriva li qala’ mingħand l-imputat, huma ġrieħi ta’ natura gravi.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li ma jirriżultax li l-imputat kien il-persuna li qasam ras il-vittma b’daqqa ta’ flixkun. Lanqas ma jirriżulta li huwa l-persuna li ta lil Chakkarapadath daqqa ta’ ponn f’għajnejh. Il-Qorti poġġiet ukoll lill-akkużat taħt ordni ta’ trażżin għal 18-il xahar.