Żejtun Red Stars jinsabu weħidhom fl-ewwel post hekk kif f’logħba sabiħa għelbu lil MFPA 8-5 fil-konfront tal-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika.
Kienet logħba ferm sabiħa li fiha ġew skorjati 13-il gowl biż-Żwieten li minkejja kollox kellhom iktar kontroll tal-logħba.Huma fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls wara doppjetta ta’ Noel Tabone, Gilbert Camilleri Lowell u Michael Borg Olivier.
Stephen Wellman naqqas il-marġni tal-iskor għal MFPA għalkemm Camilleri Lowell reġa’ skorja għal Żejtun Red Stars.
Jonathan Bondin reġa’ naqqas il-marġni tal-iskor għal MFPA b’Gilbert Camilleri Lowell li nkuruna serata mill-aqwa hekk kif għaqqad hat-trick.
Żejtun Red Stars baqgħu kkonċentrati b’George Frendo u Nikolay Filipov li saħansitra għamlu l-iskor 8-2.
L-MFPA għamlu l-iskor aktar rispettabbli bi Stephen Wellman li skorja doppjetta u b’Jonathan Bondin jimmarka l-aħħar gowl tas-serata għalkemm ir-reazzjoni kienet tard wisq.
Birkirkara St Helen iddominaw għal kollox il-konfront kontra Gżira United hekk kif rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 10-1.
Claudio Calleja u Glenn Bonello kienu f’forma mill-aqwa hekk kif skorjaw tliet gowls kull wieħed b’Joseph Chetcuti, Trevor Cilia, David Azzopardi u Paul Bugeja li niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Dino Cachia kien awtur tal-uniku gowl tal-Gżirjani.
KLASSIFIKA – VMFA Hyundai Premier League
Żejtun Red Stars 10, MFPA, Birkirkara St Helens 9, Gżira United 6, Rabat Veterans, Pieta’ Hotspurs, Luxol St Andrews 4, Żurrieq Wolves 0