Futbol Sport

Sliema Wanderers iwaqqgħu l-ewwel punti

(Ritratt: MFA)

Naxxar ukoll iwaqqgħu l-punti kontra Mqabba

F’nofs din il-ġimgħa intlagħbet id-disa’ ġurnata taċ-Challenge League fejn Sliema W u Naxxar L naqsu milli jakkwistaw it-tliet punti filwaqt li Żejtun C approfittaw minn dan u issa telgħu fit-tieni post, erba’ punti taħt Sliema W.

It-Tlieta Naxxar Lions spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Mqabba. Kienu Naxxar li marru fil-vantaġġ fis-60 minuta filwaqt li fil-ħin mogħti żejjed, Melo Costa salva punt għat-tim ta’ Mqabba. Fgura United għelbu lit-tim ta’ Mtarfa b’goal f’kull taqsima minn Quintero u Da Silva Arruda mill-11-il metru. Żejtun Corinthians rebħu l-konfront kontra San Ġwann 2-0. David Xuereb fetaħ l-iscore fid-39 minuta biex Da Costa ssiġilla r-rebħa fil-95 minuta.

L-Erbgħa Melita u Qrendi ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 1-1. Qrendi fetħu l-iscore fis-56 minuta minn De Souza. Hiroya Konno reġa’ niżżel ismu fil-lista tal-iscorers għat-tieni darba konsekuttiva fejn skorja l-goal tad-draw fil-85 minuta. Tarxien Rainbows rebħu l-konfornt kontra St. Andrews b’goal wara għaxar minuti logħob minn Peixoto. Marsaskala kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta rebħu lil Attard b’goals ta’ Da Silva Oliviera u Viveros.

Il-Ħamis Marsa rebħu lil Lija Athletic 2-0. Iida fetaħ l-iskor fis-37 minuta filwaqt li Alhinho għamel l-iscore 2-0 fl-54 minuta. Żurrieq rebħu lil Vittoriosa Stars 2-1. Żurrieq fetħu l-iscore minn penalty skurjat minn De Oliveira Florencio fid-49 minuta. Miguel Ciantar għamel l-iscore 1-1 b’goal ta’ Miguel Ciantar. Bydasser Sammut skorja l-gaol tar-rebħa għal Żurrieq fit-80 minuta. Sliema Wanderers waqqgħu l-ewwel punti tal-istaġun wara tmien rebħiet konsekuttivi fejn fil-logħba kontra Swieqi United spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Miguel Scerri fetaħ l-iskor fid-disa’ minuta, Castano għamel l-isocre 1-1 fit-33 minuta. Swieqi U marru fil-vantaġġ fit-52 minuta minn penalty skurjat minn Leite Carrara. Edmond Agius salva lil Sliema W mill-ewwel telfa b’goal fis-96 minuta.

Klassifika

Sliema Wanderers 25

Żejtun Corinthians 21

Naxxar Lions 20

Fgura United 17

Melita 17

Tarxien Rainbows 17

Lija Athletic 14

Żurrieq 14

Swieqi United 12

Marsa 11

St. Andrews 11

Attard 9

Mtarfa 8

San Ġwann 8

Vittoriosa Stars 7

Mqabba 7

Marsaskala 6

Qrendi 5