Lokali

Żewġ żgħażagħ l-isptar wara li nqalbu bil-karozza

Il-Ħamis filgħaxija żewġ żgħażagħ spiċċaw l-Isptar Mater Dei wara li nqalbu bil-karozza f’San Ġwann li baqgħet dieħla f’karozza oħra.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tal-11:15pm fi Triq il-Balal f’San Ġwann.

Il-karozza li nqalbet kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti l-Iklin filwaqt li fil-karozza kien hemm passiġġier ta’ 17-il sena residenti n-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hekk kif issejħet ambulanza li ħadet iż-żewġ żgħażagħ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Fortunament, is-sewwieq tal-karozza l-oħra ma ġarrab l-ebda ġrieħi.