Lokali

Aġġornata: Tifel ta’ 8 snin fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija għat-triq

Tifel ta’ 8 snin jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ m’għola tliet sulari minn gallarija tar-residenza fejn jgħix u ġie fuq karozza pparkjata fi Triq il-Villeġjatura, San Pawl il-Baħar għall-ħabta tal-9:30am.

Fil-post issejjaħ tim mediku li wara li tawh l-ewwel għajnuna ħaduh l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.