Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li qabad ħabel ma’ saqajh waqt li kien fuq vapur ‘il barra mill-Port Ħieles

Tork ta’ 38 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qabad ħabel ma’ saqajh waqt li kien fuq vapur ‘il barra mill-Port Ħieles.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fuq vapur li kien jinsab fi triqtu ‘l barra mill-Port Ħieles, f’Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li niżżlu lir-raġel l-art fejn ġie assistit minn tim mediku. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.