Neil Camenzuli
HIBERNIANS……………. 1
BIRKIRKARA………………1
Hibernians: I.Kone, F.Apap, K.Shaw, B.Gonzalo, T.Aldama, J.Grech, J.Degabriele, B. Kristensen, G.Artiles, O. Muritala(G.Mensah 84’), A. Diakite.
Birkirkara: G.Nava, O.Iorio, E.Pepe, D. Pires (E.Cabrera 68’), A.Da Paixao(D.Riberio 75’), Y.Yankam, P.Mbong(N.Micallef 68’), K.Zammit, N.Radojevic, S.Zibo, K.Tulimieri.
Imwissija: D.Pires 38’, E.Pepe 58’, P.Mbong 62’, S.Zibo 83’ (BKR), A.Diakite 44’, B.Gonzalo 64’, K.Shaw 87’ (HIB)
Skorjaw: O.Iorio 24’ (BKR), K.Shaw 58’ (HIB)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Edward Spiteri, James Muscat
Il-Mument Plejer tal-logħba: I.Kone (HIB)
Fit-Tony Bezzina Stadium, Hibernians ospitaw lil Birkirkara hekk kif iż-żewġ timijiet kienu jinsabu fuq l-istess punti qabel il-bidu tal-logħba. F’logħba kumbatutta fejn it-temp ma għen xejn l-andament tal-logħba, iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed u b’dan ir-riżultat Ħamrun Spartans komplew ikabbru d-distakk fil-quċċata tal-klassifika fejn b’logħba nieqsa jinsabu b’seba punti fuq dawn iż-żewġ timijiet, kif ukoll erba’ punti fuq Gżira United.
Bidu tajjeb għal Hibernians meta Muritala Yunusa kien viċin li jiftaħ l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras wara tmien minuti logħob minn freekick indirett ta’ Jurgen Degabriele, iżda l-attakkant ta’ Hibernians xeħet barra. L-ewwel xutt lejn il-lasti wasal mill-attakkant ta’ Birkirkara Alex De Paixao iżda l-gowlkeeper ta’ Hibernians laqa’ tajjeb. L-istess Da Paixao reġgħa ittanta xortih ftit minuti wara permezz ta’ xutt ċentrali minn barra l-kaxxa li ma ħoloq l-ebda problema għal Kone. L-ewwel tenttativ ta’ importanza għal Hibernians wasal meta Ferdinando Apap prova jsib ix-xibka permezz ta’rabuxxata minn kross ta’Aldama iżda l-ballun ħakkek mal-lasta. Birkirkara fetħu l-iskor wara 24 minuta logħob meta OSVALDO IORIO skurja gowl il-ġmiel tiegħu meta minn kross ta’ Yannick Yankam ikkontrolla l-ballun b’sidru u għeleb lil Kone b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta.Ftit minuti wara Birkirkara reġgħu kienu perikolużi meta Diego Pires ittanta xortih minn barra l-kaxxa iżda Kone reġgħa salva tajjeb.
Fit-tieni taqsima Hibernians ħarġu fuq l-offensiva hekk kif bdew ifittxu l-gowl tad-draw, u dan sabuh wara 58 minuta logħob permezz ta’ gowl pinġut minn barra l-kaxxa mid-difensur KURT SHAW minn pass intelliġenti ta’ Muritala. Birkirkara rrispondew ftit minuti wara permezz ta’ freekick dirett ta’ Kevin Tullmieri iżda l-attakkant ta’Birkirkara xeħet barra. Azzjoni tajba għal Hibernians meta fis-70 minuta Jurgien Degabriele qabeż lill-gowlkeeper Nava minn pass ta’ Jake Grech u tefa’ kross fil-kaxxa iżda d-difensuri ta’ Birkirkara ħelsu tajjeb. Il-logħba kellha titwaqqaf għal ftit minuti fis-87 minuta minħabba l-kundizjoni tat-temp. Hibernians kważi kisbu l-vantaġġ fl-aħħar mumenti tal-logħba meta Mensah impenja lil Nava minn ftit metri ‘l-bogħod iżda l-gowlkeeper Taljan laqa’ tajjeb ħafna.
B’dan ir-riżultat Hibernians jinsabu fir-raba’ post bl-istess punti bħall-avversarju tagħhom hekk kif iż-żewġ timijiet fallew li jiksbu rebħa fl-aħħar żewġ logħbiet tagħhom, waqt li Birkirkara jinsabu fit-tielet post minħabba d-differenza fil-gowls li skurjaw matul l-istaġun.
//= $special ?>