Mara ta’ 68 sena residenti l-Qala qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fir-Rabat Għawdex għall-ħabta ta’ nofsinhar
Il-Pulizija marru fil-post, fi Triq Fortunato Mizzi, fejn irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tal-għamla Daihatsu Hijet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>