Futbol Sport

Serie A: Napoli jdawwru telfa f’rebħa kontra Atalanta

(Ritratt: EPA)

Fl-Arechi Stadium

Salernitana v Cremonese 2-2

Fl-ewwel logħba tas-Sibt Salernitana ospitaw lil Cremonese fl-Arechi, fejn iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed f’partita missielta.

Salernitana fetħu l-iskor tlett minuti wara l-bidu tal-logħba permezz tal-attakkant Polakk Krzystof Piatek meta sab ix-xibka minn kross devjat ta’ Candreva. Madankollu Salernitana rrispondew ftit minuti wara meta kisbu d-draw meta David Okrereke skurja minn pass ta’ Tsadjout. Fit-38 minuta Salernitana reġgħu ħadu l-vantaġġ meta Lassana Coulibaly  sab ix-xibka minn pass ta’ l-istess Antonio Candreva.

Ftit minuti qabel tmiem il-logħba Daniel Ciofani skurja l-gowl tad-draw meta għeleb lil Sepe minn penalty mirbuħ minn Zanimacchia.

Fil-Carlo Castellani

Empoli v Sassuolo 1-0

Fil-Carlo Castellani Empoli ħarġu rebbieħa b’gowl fit-tieni taqsima. L-unika gowl wasal minn Tommaso Baldanazi wara 64 minuta logħob meta ż-żagħżugħ għeleb lil Consigli minn pass ta’ Satriano.

Fil-Gewiss Stadium

Atalanta v Napoli 1-2

Napoli kisbu tlett punti kruċjali barra minn darhom kontra Atalanta fl-iktar logħba mistennija tal-ġurnata.

Kienu Atalanta li fetħu l-iskor wara 19 minuta logħob meta l-attakkant Ingliż Ademola Lookman għeleb lil Meret minn 12-il metru l-bogħod wara li ingħata penalty minħabba handsball kontra Victor Osimhen. Madankollu Napoli rrispondew tajjeb hekk kif wara ħames minuti ġabu d-draw meta l-istess Victor Osimhen sab ix-xibka minn kross ta’ Piotr Zielinski. Napoli kisbu l-vantaġġ fil-35 minuta meta Eljif Elmas qabeż lil Merih Demiral minn naħa tal-lemin u għeleb lil Musso b’xutt devjat fuq ix-xellug.

L-Azzuri rnexxielhom jikkontrolaw il-logħba u l-iskor baqa’ l-istess matul il-partita kollha, b’Napoli jkomplu jkabbru d-distakk fil-quċċata tal-klassifika.

Iktar tard filgħaxija ser tinlagħab l-aħħar partita tal-ġurnata fejn Milan ser jaffrontaw lil Spezia f’San Siro.

F’San Siro

Milan v Spezia 2-1

Fl-aħħar logħba tas-Sibt Milan affrontaw lil Spezia fejn ħarġu rebbieħa u komplew jitfgħu il-pressjoni fuq Napoli li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.

Milan fetħu l-iskor wara 21 minuta logħob meta d-difensur laterali Theo Hernandez sab ix-xibka minn kross ta’ Benacer.

Spezia kisbu d-draw meta l-plejer misluf minn Milan Daniel Maldini għeleb lil Tatarusani b’xutt mdawwar mix-xellug. Milan ħasbu li skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-67 minuta meta Sandro Tonali tefa’ ġewwa minn pass ta’ Divock Origi, iżda b’sfortuna għal Rossoneri l-gowl ġie kkanċellat wara konsultazzjoni tal-VAR. Iżda b’xortihom tajba Milan skurjaw il-gowl tar-rebħa ftit mumenti qabel it-tmiem tal-partita meta Olivier Giroud xeħet ġewwwa minn pass ta’ Tonali. Giroud tkeċċa ftit ta’ ħin wara minħabba ċ-ċelebrazzjoni tiegħu.

Il-logħob ta’ għada:

12:30pm

Bologna v Torino

3:00pm
Monza v Hellas Verona
Sampdoria v Fiorentina

6:00pm
Roma v Lazio

8:45pm
Juventus v Inter