“Se jibqà mfakkar għal altriżmu u l-ġenwinità tiegħu.”
Dan kien il-kliem li stqarrew bosta persuni li tkellimna magħhom tul il-jum tas-Sibt, wara li ħarġet l-aħbar tal-mewt tal-eks Prim Minsitru Karmenu Mifsud Bonniċi.
Meta tkellmet ma’ Net News id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi fakkret fil-memorji sbieħ taz-ziju tagħha.
Minn naħa tiegħu, id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qalilna li l-eks Prim Ministru kien bniedem ta’ gherf kbir … u b’qalb tad-deheb.
Ma’ Net News tkelmet ukoll il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca li ħadmet mill-qrib mal-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonniċi fi żmien meta hu kien Mexxej Laburista.
Minn naħa tiegħu, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi saħaq li Karmenu Mifsud Bonniċi dejjem żamm il-lealtà tiegħu lejn il-valuri li kien iħaddan.
Jikkummenta wkoll l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-PN Bernard Grech sellem il-memorja tal-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici, u fisseru bħala bniedem li ħadem b’determinazzjoni għall-ideal li emmen fih, filwaqt li wassal il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.
U fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Mifsud Bonnici jibqa’ mfakkar għall-ideal soċjalist demokratiku, li ħaddnu b’konvinzjoni.
Il-funeral ta’ Karmenu Mifsud Bonnici se jsir nhar it-Tnejn li gej.
Ghalkemm l-istat offra li jsir funeral statali, il-familja infurmat lill-Prim Ministru illi x-xewqa ta’ Karmenu Mifsud Bonnici kienet li ma jsirx dan it-tip ta’ funeral wara mewtu – xewqa li se tkun rispettata. Il-funeral se jkun qed jitwassal LIVE fuq Net Television fis-2:30pm.
//= $special ?>