Futbol Sport

Pietà H bl-ewwel draw fil-kampjonat Premier

Pietà Hotspurs dehru resqin għal telfa oħra f’dan il-kampjonat meta kienu minn taħt sad-89 minuta, biss id-difensur Okoh skurja t-tieni goal personali dan l-istaġun u assigura punt importanti għal klabb ta’ Pietà H fil-ġlieda tagħhom biex jinqalgħu minn qiegħ il-klassifika.

Marsaxlokk spiċċaw b’għaxar players wara t-tieni karta safra li rċieva Ferraris fis-77 minuta. L-istess Marsaxlokk marru fil-vantaġġ fit-78 minuta minn auto goal ta’ Terrance Agius wara kross ta’ Alfred Effiong mix-xellug. Fid-89 minuta Samuel Okoh skurja l-goal tad-draw għat-tim ta’ Pietà Hotspurs biex issa l-istess klabb tela’ għal erba’ punti daqs Żebbuġ Rangers. Għal Marsaxlokk dan kien is-sitt riżultat pożittiv b’mod konsekuttiv, bi tliet rebħiet u tliet draws fl-aħħar sitt logħbiet tagħhom.