Wara kritika enormi li saret minn numru ta’ qraba ta’ residenti li jinsabu f’San Vinċenz de Paul, il-Ministru Jo Etienne Abela qed jinsisti illi mhux veru li l-post sar qisu ħabs. Anzi, insista li din hi biss preċezzjoni.
Dan qalu l-Ministru innifsu meta dalgħodu kien intervistat fuq ir-radju 103, mill-Professur Andrew Azzopardi.
Il-Ministru responsabbli mill-anzjani stqarr ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jonqsu l-uffiċjali tas-sigurtà f’San Vinċenz.
Il-Gvern kien irrikorra għal din il-miżura estrema f’San Vinċenz de Paul wara li anzjan kien ħarab mir-Residenza u instab mejjet fiz-zona ta’ Għar Dalam ftit tal-ġimgħat wara.
//= $special ?>