Xufier ta’ xarabank, Indjan ta’ 41 sena, ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li kien involut f’inċident, fi Triq il-Kbira l-Mellieħa.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tal-4:15am.
Net News hu infurmat li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tal-linja, u baqa’ dieħel f’vettura, Mazda Demio ipparkjata.
Fortunatament, fil-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd fuq tal-linja.