Għall-Ministru tal-Anzjani Jo Etienne Abela, hija biss perċezzjoni li r-Residenza San Vinċenz de Paul saret qisha ħabs.
Meta kien intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi, il-Ministru stess ammetta li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed inaqqas l-ammont ta’ securities li hemm ma’ din ir-residenza.
Dan wara li bosta anzjani qed jilmentaw li l-post fejn joqogħdu sar qisu ħabs hekk kif qed ikunu limitati ferm il-postijiet ta’ fejn jistgħu jmorru.
Dan it-tgergir tal-anzjani ilu għaddej għal numru ta’ xhur hekk kif wara l-każ tal-għajbienm ta’ Karmenu Fino, fir-residenza ta’ San Vinċenz iddaħħlu diveri miżuri ta’ sigurtà stretta li ma niżlux tajjeb mal-anzjani kollha li ħassewhom limitati milli jiċċaqalqu mill-kmamar tagħhom. Bi qraba jgħidu li issa marru f’estrem ieħor. Miżuri li wħud minnhom għadhom fis-seħħ sal-lum il-ġurnata.
//= $special ?>