Sorsi viċin l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-ministeru qalu lil Il-Mument li jirriżulta li l-vittma ta’ fastidju sesswali fl-orkestra nazzjonali kienet għamlet laqgħa privata ma’ Owen Bonnici.
F’din il-laqgħa li saret fil-ministeru, il-vittma qalet kollox lill-Ministru Owen Bonnici kemm fuq il-każ ta’ fastidju sesswali kif ukoll fuq abbuż li rċeviet.
Hija qalet ukoll lill-Ministru li Sigmund Mifsud trattaha ħażin u kien jgħidilha li hi punching bag tiegħu u li jekk jgħidilha toqgħod rasa ’l isfel, għandha tobdih immedjatament.
Jirriżulta li waqt il-laqgħa li kellha mal-Ministru, il-Ministru beda jistaqsiha fuq Sigmund u jirriżulta li ħa nota ta’ dan kollu u għadda kollox lis-Segretarju Permanent Joyce Dimech li ddeċidiet li ma tieħu l-ebda passi.
Qabel mal-affarijiet ħarġu fil-midja, kollox kien miżmum u moħbi. Dan juri li l-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra, is-Segretarju Permanenti u l-Ministru kollha kienu jafu b’dan il-każ imma ħadd minnhom ma ħa l-ebda azzjoni.
Is-Segretarju Permanenti Joyce Dimech trid ukoll twieġeb il-għala ma ssospenditx lil Sigmund Mifsud b’mod immedjat hekk kif saret taf b’dan il-każ tant serju.
Ħafna qrib il-Ministru qed jistaqsu jekk din hiex il-ġustizzja li jrid il-Ministru Owen Bonnici u sostnew li hu l-ministru ta’ wiċċ b’ieħor jippretendi li qed jieħu azzjoni meta fil-verità jkun qed jaħbi kollox għal ħbieb tiegħu u tas-Segretarju Permanenti Joyce Dimech.
//= $special ?>