“Il-Partit Nazzjonalista jagħmel kritika lill-Gvern biex jagħti l-viżjoni tiegħu fejn irid jara lil dan il-pajjiż jasal biex iż-żgħir jikber u jigwadanja daqs kull persuna oħra.”
Dan kien kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt attività politika fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa.
Bernard Grech irikonoxxa l-fatt li l-Gvern immexxi minn Robert Abela kontinwament qed jinjora l-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin u minflok jaħseb biss fil-bżonnijiet tiegħu u dawk qrib tiegħu.
Fost dawn, Bernard Grech qal li Robert Abela baqa’ ma ddikjarax li se jkun qed jinħall mill-kuntratt ma’ Steward biex iwaqqaf is-serq tal-isptarijiet. Baqa’ ma qal xejn kif se jrodd lura dak li Gvern Laburista seraq fil-kontijiet ta’ dawl u ilma. U baqa’ l-anqas ma ta soluzzjoni kif se tkun solvuta, l-problema tat-traffiku.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-PN, Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino.