Matthias Mizzi
VALLETTA………………3
ŻEBBUĠ RANGERS…..0
Valletta: A. Guarnone, J.Borg, R.Camilleri (T. Caruana 46’), S.Dimech (A. Zammit 59’), O. Akpoveta (F. Cheversan 82’), E.Pena Beltre, S. Kamdem, B. Paiber, J. Ngong, J. Willy (E. Sala 46’), K. Bevis (L.Cremona 84’)
Żebbuġ Rangers: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Da Silva, Y. Tonna (T. Bartolo 82’), S. Jankovic (P. Galea 90+1’), C. Ngoy, R. Vella, A. Maldonado, G. Mifsud, J. Sciberras (K.Bondin 73’), S. Miloskovic (J. Gaetano 73’)
Imwissija: S. Dimech 26’ (VLT), S. Miloskovic 39’ (ŻBĠ), R. Vella 45+1’ (ŻBĠ), Y. Tonna 56’ (ŻBĠ), J. Gesualdi 78’ (ŻBĠ)
Skorjaw: Jean Nnomo 68’ (VLT) , K. Bevis 74’ (VLT), O. Akpoveta 80’ (PEN) (VLT)
Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Duncan Spencer & Shaun Calleja
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Oke Akpoveta (VLT)
BOV Plejer tal-Logħba: Killian Bevis (VLT)
Valletta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva bi tliet gowls li ġew kollha fit-tieni taqsima. Sal-ewwel taqsima Żebbuġ Rangers taw oppożizzjoni denja għall-Beltin fejn saħansitra huma kellhom opportunitajiet fejn jiskorjaw iżda ma kinux letali quddiem il-lasta. Għal dawn l-opportunitajiet mitlufa huma ġew ikkastigati fit-tieni parti tal-partita meta d-difiża ma baqgħetx kompatta daqskemm kienet fil-bidu.
L-ewwel tentattiv wasal fit-tlettax-il minuta b’xutt mid-distanza ta’ Almir De Jesus li baqa’ sejjer barra. Risposta mit-tim tal-kapitali għaxar minuti b’xutt ieħor mid-distanza ta’ Brandon Paiber li din id-darba ġie mdawwar f’corner minn Jamie Azzopardi. Opportunità tad-deheb għal Valletta tliet minuti wara b’kross ta’ Oke Akpoveta li madankollu ġie interċettat mid-difensur Żebbuġi. Il-partità kompliet tiżvolġi f’waħda mill-aktar interessanti biex ftit minuti biss wara Charles Ngoy għola minn bejn id-difensuri u b’daqqa ta’ ras laqat il-mimduda. Bil-pressjoni kollha fuq il-Beltin huma marru qrib man-nofsiegħa logħob b’xutt angolat fil-baxx ta’ Akpoveta li stampa mal-lasta u baqa’ sejjer barra. Iż-Żebbuġin ħelsuha ħafif ħames minuti wara l-Beltin reġgħu marru qrib li jiftħu l-iskor b’daqqa ta’ ras ta’ Akpoveta li ħabtet mal-lasta.
B’kuntrast għall-ewwel taqsima, ir-ritmu fit-tieni taqsima kien wieħed kalm. Minkejja dan it-tim immexxi minn Thane Micallef straħ xi ftit b’gowl ta’ Jean Nnom minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Triston Caruana. Sitt minuti biss wara Killian Bevis irdoppja l-iskor meta minn ħarba veloċi hu avvanza fil-kaxxa u b’xutt angolat fil-baxx għeleb għalkollox lil Azzopardi. Għaxar minuti mit-tmiem Valletta għalqu l-partita bit-tielet gowl permezz ta’ penalty mogħti mill-plejer tal-logħba Akpoveta wara li s-sostitut Joseph Gesualdi waqqa’ lill-istess plejer Niġerjan fil-kaxxa. Din ir-rebħa lil Valletta tiswilhom mitqlu deheb biex ikomplu jitilgħu ‘l fuq kemm jistgħu fil-klassifika.
//= $special ?>