Fil-Lussemburgu, saru l-ewwel Kampjonati Ewropej tal-Judo għall-Pajjiżi Żgħar, b’partecipazzjoni minn 8 pajjiżi jikkompetu għal 13-il titlu. It-tim Malti kien magħmul minn: Katryna Esposito u Kirsty Cauchi (-48kgs), Francesca Catania (-63kgs), James Zahra u Sadek Khalaf (-60kgs), Kris Samuel Bartolo (-73kgs), Valerian Ogbaidze (-90kgs), u Isaac Bezzina (-100kgs), flimkien mal-kowċ Aurelian Fleisz u d-direttur tekniku Alex Bezzina.
Fil-kategoriji kadetti, Kris Samuel Bartolo rebaħ b’ Ippon kontra Tomas mill-Andorra, biex rebaħ l-ewwel midalja ta’ Malta fil-Kadetti -73kgs. Khalaf temm fis-seba’ post. Katryna Esposito eliminat lill-avversarji Ċiprijotti biex rebħet il-kategorija 48 kgs fejn fl-istess kategorija Kirsty Cauchi rebħet il-konfront tagħha għall-midalja tal-bronż kontra ċ-Ċiprijotta Camanide. Fis-60kgs. Khalaf kien eliminat fl-ewwel logħba tiegħu, bla possibbiltà li jiġġieled għall-bronż.
Min-naħa l-oħra, Zahra beda’ sensiela ta’ rebħ meta elimina lil Christoforou, u Michelidis minn Ċipru, u Pellicer minn Andorra, kollha b’Ippon, biex fil-finali tilef kontra Christodoulides minn Ċipru biex kiseb il-midalja tal-fidda. Fil-90kgs, kien Valerian li tilef l-ewwel round tiegħu kontra Blondal mill-Iżlanda, iżda fil-logħba għall-bronż, rebaħ b’ippon fi ftit sekondi kontra Hjaltason mill-Iżlanda. Fil-100kgs Isaac Bezzina iġġieled kontra Johannesen mill-Gżejjer Faroe fl-aħjar minn tliet logħbiet. Fl-ewwel logħba, rebaħ Johannesen madankollu Bezzina kien deciż u rebaħ iż-żewg logħbiet l-oħra tiegħu. Francesca Catania u Kris Samuel Bartolo ġew eliminati fl-ewwel rawnd tagħhom u ma waslux fiż-żona tal-midalji.
//= $special ?>