Karkariż ta’ 63 sena qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza li kien qed isuq ħadet in-nar.
Il-każ seħħ fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn il-Mosta għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu.
Il-Pulizija marru fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa mill-vittma u Honda Accord misjuqa minn Niġerjan ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar. Kawża tal-inċident, it-Toyota Vitz ħadet in-nar.
Waqt l-inċident, waħda mill-vetturi saħansitra daħlet f’siġra li hemm mal-ġenb tat-triq. Għad mhux magħruf liema hi l-vettura.
Fil-post waslu tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassisti lill-vittmi, bil-Malti jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn hemm ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. In-Niġerja jidher li ma sofra mill-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Nadine Lia fetħet inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistuha.