Għall-ħabta tas-2:00pm ta’ waranofsinhar nirien ħakem residenza abbandunata fi Triq Marsamxett fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija kif ukoll il-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post sabiex jintefa n-nar. Kelliem għall-Pulizija qal li x’aktarx in-nar beda minn oġġetti li hemm fil-bitħa imma għadhomx ma jafux kif seta’ qabad.
Fortunatement ma’ weġġa’ ħadd f’dan in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>