Lokali

Quddiesa ddedikata lill-Uffiċjali Korrettivi ta’ Kordin

Il-Ħadd filgħodu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġiet iċċelebrata quddiesa f’Jum l-Uffiċjali Korrettivi ta’ Kordin.

Waqt l-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna qal li wara din il-ħajja hemm ħajja oħra u allura jekk wieħed jaħrab mill-ġudizzju ta’ din id-dinja xorta waħda jrid jagħti kont ta’ għemilu f’mewtu.

Huwa tkellem dwar l-importanza li wieħed għandu jgħix ħajtu bħal għatba li ma tispiċċa qatt sabiex ikun ippreparat għal dak li huwa tiegħu, l-ħajja eterna. Iżda huwa qal ukoll li illum il-ġurnata ħafna qed jgħixu qisu għada mhux se jiġi għaliex jafu li Alla dejjem se jaħfrilhom.

Charles Scicluna tkellem dwar l-importanza li wieħed jirrispetta d-dinjita’ ta’ kull persuna hu min hu u għamel x’għamel għaliex kulħadd huwa l-istess f’għajnejn Alla.

Intant, l-Arċisqof qal li fid-diversi żjarat li għamel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ra biċ-ċar li l-ambjent li jaħdmu fih l-Uffiċjali mhux facli u sostna wkoll li dan ix-xoghol jirrikjedi determinazzjoni kbira. Sosnta li bil-ħila u s-servizzi tagħhom qed iwasslu biex il-priġunieri jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.