Lokali

Robert Abela jsib ‘skuża ġdida’ għall-problema tat-traffiku

Jattakka bla mistħija lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-President Emeritu Eddie Fenech Adami

Skont Robert Abela, ir-raġuni għala t-traffiku qed jiżdied huwa minħabba l-fatt li n-nies għandhom iktar flus, l-ekonomija qed iddur, u qed jużaw aktar il-karozzi.

Fl-ewwel intervista tiegħu mat-Times… kwazi tliet snin wara li sar Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela issa ivvinta skuża ġdida għat-traffiku – mhux aktar il-festi jew l-inċidenti.

Mistoqsi dwar il-każ ta’ korruzzjoni fi Transport Malta biex nies partikolari jkunu aġevolati u jgħaddu mit-testijet tal-liċenzja tas-sewqan, Abela baqa’ jinħeba wara l-fatt li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu… minkejja li fil-Qorti hareg car li dan l-iskandlu baqa’ għaddej anke fi żmienu.

Meta kien mistoqsi dwar l-għażla tal-President tar-Repubblika, Abela – bla mistħija – attakka kemm lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u anke lill-President Emeritu Eddie Fenech Adami.

Fl-intervista issemma fit-tul is-suġġett jaħraq tal-abort u l-każ li seħħ ftit tax-xhur ilu tal-mara Amerikana Andrea Prudente. Bil-Prim Ministru jkun mistoqsi għaliex ma ddefendiex lit-tobba Maltin.

Il-Prim Ministru qal ukoll li b’mod imminenti se jkun qed iressaq emendi fil-ligi, propju dwar dan is-suggett.

F’din l-intervista….Robert Abela, filwaqt li kkritika il-pjaniet lokali tal-2006, ikkonferma li mhux se jbiddilhom. U dwar Ħonqdoq ir-Rummien ma kkommettiex ruħu li l-Gvern jakkwista din l-art biex tingħata lura lin-nies.