Il-Masters ta’ Pariġi ntemm b’sorpriża kbira meta fil-finali iż-żagħżugħ Daniż Holger Rune għeleb lil Novak Djokovic fi tliet sets.Rune rebaħ bil-punteġġ 3-6, 6-3, 7-5 biex kiseb l-ikbar suċċess fil-karriera tiegħu u ċaħħad lil Djokovic milli jirbaħ id-39 titlu Masters fil-karriera tiegħu. Għal Rune li għad għandu biss 19-il sena din kienet ġimgħa brillanti fejn fi triqtu sal-finali eliminha ħames tennisti li jinsabu fl-ewwel għaxar postijiet tar-rankings dinjija.
//= $special ?>Tennis: Holger Rune jaħsad lil Djokovic u jirbaħ il-Masters ta’ Pariġi
6 ta' Novembru 2022
