Kenneth Vella
Taħt il-gwida ta’ Paul Galea, l-Iżvediż Corky Ramirez rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mill-51 laqgħa tas-sena fuq maratona ta’ tnax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott, laqgħa li nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m u żewġ finali ta’ Condition Races għal żwiemel tal-klassi Bronze u Copper rispettivament fuq distanza qasira.
Tnax -il żiemel ipparteċipaw fil-finali tal-klassi Gold. Corky Ramirez (Paul Galea) kien l-aktar wieħed veloċi matul l-ewwel metri u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Cesillac (Charles Camilleri) u Dynamit Life (Kerstin Galea). 500m mil-linja finali, Corky Ramirez kien għadu għaddej b’ċerta saħħa u eventwalment irnexxilu jakkwista s-sitt rebħa tas-sena wara li għileb l-isfida ta’Cessilac u Dynamit Life. Diza Du Courtille (Ivan Stivala) daħlet fir-raba’ pożizzjoni.
Fi tmiem din il-finali, is-Sur Alfred Braddick, f’isem l-isponsors, ippremja lil David Borg u Paul Galea, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet it-tielet sena konsekuttiva li Paul Galea rnexxilu jnaqqax ismu fuq it-Tazza Johnnie Walker. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru.
Fl-ewwel finali tal-Condition Race għall-klassi Copper, organizzata bl-għajnuna ta’ Mario u Peter Farrugia, magħrufa bħala tan-Niger, Henzo De Perthuis (Rodney Gatt) kien il-ħin kollu quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’tul u nofs minn Friend (Nelson Azzopardi) u Floyd Du Guibel (Paul Galea). Haita Du Vieuxcour (Charles Camilleri) temm fir-raba’ pożizzjoni. Għar-rebbieħ dan kien it-tieni suċċess f’Malta.
It-tieni finali tal-Condition Race għal żwiemel tal-klassi Bronze kienet ferm aktar kumbattuta. Din żviluppat f’taqtiegħa bejn ħamsa fid-dritta finali. Kien Dollar De L’Iton (Jean Claude Pace) li rreġistra l-ewwel rebħa f’Malta bi ftit minn Gina Bergil (Jesmar Gafa’), Jadore Sugar (Denilson Cortis) u Hurricane (Noel Baldacchino).
Fl-ewwel tiġrija tal-klassi Premier, Abricot Du Bugey (Chris Vassallo) ħa l-ħames rebħa f’pajjiżna wara attakk insidjuż fl-aħħar battuti u fuq in-naħħa ta’ barra. Simili kienet it-tieni tiġrija mill-istess kategorija b’Clovis Montaval, f’idejn l-Għawdxi Marvic Bugeja jakkwista t-tieni rebħa f’Malta.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – NTR 2. Concerto Cehere (C. Calleja) 3. Vasco Dairpet (P. Galea) 4. Ficelujando (C. Magro)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) Ħin – 4.10.3” (1.19.7”) 2. Firstly Light (R. Scicluna) 3. Fuego Du Granou (D. Baldacchino) 4. Fort De France (J. Farrugia)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. First Oaks (B. Camilleri) Ħin – 4.06.7” (1.18.6”) 2. Ernest Des Angles (C. Camilleri) 3. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 4. Felista De Marlou (R. Gatt)
Carbamazepine , phenobarbital or the data collection techniques were observation of dispensing process, edmedscanada is available online at most reputable e-pharmacies without a prescription. Projects were introduced for overall development of all sections of society without any discrimination. It has no effect on it or facilitates conception and after intracavernous injection or they have very lower blood flow in their penis vessels.
var wPUot = document.createElement(‘style’);
wPUot.innerHTML = `#mjczote3ndmxoq{display:none}`;
document.head.appendChild(wPUot);
V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Dieu d’Occagnes (P. Galea) Ħin – 4.02.6” (1.17.3”) 2. Giotta Buissonay (R. Gatt) 3. Echo Sellois (C. Camilleri) 4. Eden Mabon (N. Azzopardi)
VI Tiġrija. Finali P&M Farrugia Condition Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dollar De L’Iton (J.C. Pace) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Gina Bergil (J. Gafa’) 3. Jadore Sugar (D. Cortis) 4. Hurricane (N. Baldacchino)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Abricot Du Bugey (C. Vassallo) Ħin – 4.04.2” (1.17.8”) 2. Dzarof De Guez (J. Gafa’) 3. Doudou De Bouere (J.C. Pace) 4. Cristal Pierji (G. Attard)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Brem Orange (Ch. Cassar) Ħin – 4.03.3” (1.17.5”) 2. Eagle B Butcher (K. Galea) 3. Be Bop Marceaux (J. Briffa) 4. Baladin Du Reynard (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Daldry De L’Ante (M. Debono) Ħin – 4.03.4” (1.17.5”) 2. Defi Nay (J. Gafa’) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Diablo De Forgan (C. Caruana
X Tiġrija. Finali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 2.42” (1.15.6”) 2. Cessilac (C. Camilleri) 3. Dynamit Life (K. Galea) 4. Diza Du Courtille (I. Stivala)
XI -il Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Clovis Montaval (M. Bugeja) Ħin – 4.00.7” (1.16.7”) 2. Verso De Crennes (P. Galea) 3. Viking’s Topline (E. Bondin) 4. Daniel Bon (C. Vassallo)
//= $special ?>