Kontinġent tal-Malta Weightlifting Association ħa sehem fil-Kampjonat tan-Nazzjonijiet Żgħar tal-Ewropa u l-Junior International Open ta’ Ċipru. L-aqwa riżultati għal Malta ġew minn Tenishia Thornton, wara li rnexxiela tirbaħ l-unur tal-aqwa atleta mara tan-Nazzjonijiet Żgħar tal-Ewropa segwita mill-atleta mill-Iżlanda filwaqt li Roberta Tabone temmet fit-tielet post.
Thornton rebħet ukoll l-Open Internazzjonali, segwita mill-weightlifters mill-Iżlanda u l-Ġermanja. Fid-doubles tan-nisa, Thornton u Tabone kisbu l-ewwel post għal Malta qabel Iżlanda u Ċipru. Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, it-tim magħmul minn Anton Micallef, Shaun Ciantar u Rylee Borg spiċċa fit-tielet post wara Ċipru u Iżlanda.
Fl-avveniment tat-timijiet imħallta kienu Ċipru li kisbu l-ewwel post, qabel Iżlanda b’distakk ta’ punt fuq Malta li temmet fit-tielet post, 4 punti biss wara Ċipru. Monaco spiċċaw fir-raba’ post segwiti mil-Lussemburgu u San Marino rispettivament. It-Tim Malti kien taht il gwida tal kowcis, Rodmar Pulis u Jesmond Caruana.
//= $special ?>