Lokali

Żagħżugħ l-Isptar wara li nqalbet rasha ‘l isfel il-karozza li kien qed isuq fiż-Żejtun

Il-Pulizija ġew imsejħa fi Triq San Anard, iż-Żejtun għall-ħabta tal-3:40pm hekk kif karozza nqalbet rasha ‘l isfel u baqgħet dieħla f’żewġ vetturi oħra.

FIl-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lis-sewwieq tal-vettura li nqalbet, żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħaż-Żabbar. Iż-żagħżugħ ħareġ mill-karozza waħdu iżda ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.

Iż-żewġ vetturi l-oħra li kienu għaddejjin fil-karreġjata opposta u li eventwalment laqgħat sofrew minn xi ħsarat iżda fortunatament is-sewwieqa ma sofrew mill-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha pendenti.