Żewġ ħallelin li kienu armati b’sikkina ħarbu minn fuq il-post wara li serqu minn ħanut f’San Pawl il-Baħar.
Din is-serqa seħħet is-Sibt filgħaxija għall-ħabta ta’ 11:45pm fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu lill-kaxxiera tgħaddilom il-flus. L-allegati ħallelin ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Il-kaxxiera kif ukoll żewġ persuni li kienu fil-ħanut waqt is-serqa ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.