L-effetti tal-issikkar taċ-ċintorin minn naħa tal-Gvern Laburista bdew jinħassu sew mill-poplu Malti u Għawdxi. Bid-daqqa, taffetwa wkoll lill-istudenti u l-qasam edukattiv.
Iżda minkejja li l-Ministru tal-Edukazzjoni se jkollu jaħdem b’GĦAXAR miljuni inqas għal proġetti kapitali… jidher li għadu ma rrealizzax kemm verament hi serja din is-sitwazzjoni.
Net News staqsa lil Clifton Grima liema progetti u inizjattivi mill-Ministeru tiegħu se jkunu qed jiġu affetwati u b’liema mod… iżda hu tana tweġiba ċara – qalilna li l-fondi għall-Ministeru tiegħu ma naqsux.
U kien f’dan il-mument illi urejnih iswed fuq l-abjad it-total ta’ kemm se jkunu qed jonqsu l-fondi kapitali allokati għall-Ministeru tal-Edukazzjoni – dejjem skont id-dokument tal-estimi finanzjarji li ppublika l-Gvern stess.
Fl-2022 – il-fondi kapitali għall-edukazzjoni kienu aktar minn 93 miljun ewro.
Fl-2023 – naqsu għal ftit iktar minn 82 miljun ewro.
Dan dejjem skont l-estimi uffiċjali tal-Gvern… li Clifton Grima qed iqishom daqslikieku vvintati.
U baqa’ ma qalilniex kif se jaħdem b’10 miljun ewro anqas għas-sena li ġejja.
//= $special ?>