Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-gvern abbanduna l-inġustizzja li saret mal-pensjonati tas-Servizzi Ingliżi.
Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-gvern ma żammx il-wiegħdi elettorali tiegħu u sostna li l-gvern qed jinjora lill-pensjonati tas-Servizzi Ingliżi; inġustizzja li wettaq il-gvern Laburista fuq eluf ta’ ħaddiema. Dan filwaqt li mill-budget tneħħew is-saħħa mentali u l-edukazzjoni; kwart tal-proposti tal-aħħar budget ma twettqux.
Id-deiutat Ivan Bartolo qal li l-ebda gvern ma sab tarf kif se jsolvi l-inġustizzji li saret mal-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi. Gvern Nazzjonalista mmexxi mill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kien wettaq azzjoni favurihom fejn dawn ingħataw €200 f’aġġustament.
Ivan Bartolo qal li dawn il-pensjonanti insterqu eluf ta’ Euros; uħud minnhom madwar €50,000. Jidher li din l-isfida trid madwar €40 miljun biex tkun irranġata.
//= $special ?>