Lokali Parlament

Il-gvern falla fl-akkomodazzjoni soċjali

Chalres Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fil-parlament li l-gvern falla fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali.

Hu qal li ż-żgħażagħ tilfu l-fiduċja fil-futur tal-pajjiż u sostna li l-kwalità tal-ħajja marret lura. Il-pajjiż għandu popolazzjoni li ma jiflaħx għaliex il-pjan tal-gvern kienet waħda populista li jħares biss lejh innifsu.

Saret problema biex iż-żgħażagħ jixtru l-ewwel post tagħhom, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern falla fil-pjan tiegħu fis-settur soċjali.

Il-gvern jinteressah li jagħti l-kummissjonijiet lil tal-qalba f’ammonti ta’ eluf fuq l-eluf. Hu qal li l-gvern qed jisraq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mhux jifhem lill-persuni li għandhom diffikultajiet kbar. Il-gvern mhux jifhem lill-persuni li qed iħallsu ammonti kbar għall-kirjiet; illum in-nies mhux appartamenti qed jikru iżda sodod biss

Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn 317-il persuna li m’għandhomx fejn jgħixu u sostna li l-gvern għandu jpoġġi l-ewwel lill-ħaddiema mhux il-korruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern kompla jimpjega n-nies tant li s-settur publbiku żdied b’10,000 ħaddiem; dan meta ma tnaqqsitx il-burokrazija. Il-pajjiż għandu miljuni kbar ta’ dejn u jinsab fix-xifer.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ftit ta appartamenti fl-akkomodazzjoni soċjali u sostna li l-gvern falla fil-poliitka soċjali u ta’ akkomodazzjoni soċjali; kulħadd tgħakkes u saret diffiċli biex il-persuni jiddejnu mal-bank.