David Agius, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Agius sostna fil-parlament li l-gvern għandu l-obbligu li joħloq impjeigi ta’ kwalità.
David Agius qal li l-bniedem għandu jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika u sostna li l-budget għandu jaħseb fil-familji u fil-vulnerabbli waqt li jtejjeb il-qagħda tal-familji u l-pensjonanti. Hu tajjeb li l-budget jgħin lill-foqra u kkritika lill-gvern għad-dejn li qed jagħmel.
David Agius tkellem dwar il-mudell ta’ żieda fil-popolazzjoni u qal li l-PN hu kuntent li issa l-gvern induna li dan il-mudell ekonomiku mhux dak adatt għal Malta u li jrid jinbidel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li s-Central Link għadha qed issir u mhix lesta bil-konsegwenza li qed ibati l-poplu. Hu semma’ l-persuni li għandhom problema ta’ droga u qal li mill-estimi tal-budget ma jidhrix li hemm vot jew investiment dwar il-problema tad-droga.
David Agius kompla li issa li hawn l-Awtorità dwar il-Legalizzazzjoni tad-Droga fil-pajjiż, il-gvern għandu jispjega kif din il-liġi se tkun implimenata. It-tfal ukoll għandu jkollhom ambjent b’saħħtu f’familji b’saħħithom. Il-gvern għandu jinvesti f’dan is-settur tant importanti.
Hu qal li l-Oppożizzjoni lesta biex tiddiskuti mal-gvern biex is-sitwazzjonijiet jimxu ‘l quddiem anki fis-suq tax-xogħol partikolarment dwar il-ħiliet. Dawn jinsabu f’impjiegi ta’ kwalità li l-gvern għandu l-obbligu li joħloq għall-pajjiż kif għamlu gvernijiet Nazzjonalisti.
David Agius sostna li l-pajjiż għandu joffri l-opportunitajiet liż-żgħażagħ u mhux jinutthom lejn pajjżi oħra; iż-żgħażagħ għandhom kontribut x’jagħtu. Iċ-ċavetta m’għandhiex tkun iċ-ċekkijiet ta’ darba jew il-liċenzji tas-sewqan bil-qerq iżda x-xogħol li jrendi u jtejjeb il-livell tal-għajxien.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-faqar fost it-tfal qed jerġa’ jgħolli rasu u sostna li anki l-gvern qed jifhem din is-sitwazzjoni. Il-faqar fost itt-fal ifisser esklużjoni soċjali, illitteriżmu u problemi soċjali. Hawn familji li qed ibatu minħabba ċ-cheap labour.
Id-deputat Nazzjonalista qal li teżisti problemi ta’ ħaddiema barranin li issa għandhom anki familji bit-tfal f’Malta meta dawn huma illegali; jeħtieġ li jiwaqqaf kumitat parlmentari dwar din ir-realtà. Hu staqsa x’se jiġri mill-missier jekk dan jinqabad u jitkeċċa minn Malta.
Jeħtieġ li jitwaqqaf is-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li l-gvern jagħti lura r-refużjoni kollha. Dan filwaqt li l-isptarijiet jerġgħu jittieħdu lura mill-poplu Malti wara li l-gvern tahom lill-barranin.
//= $special ?>

