Charles Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fil-parlament li l-gvern qed inaqqar kuljum il-kwalità tal-ħajja u sostna li mill-2013, il-gvern kompla jberbaq flus il-poplu u jħallas lill-korrotti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan hu budget populist li jindirizza biss il-problema fuq perjodu qasir. Hu sostna li l-pajjiż jinsab f’qagħda prekarja; dan mhux gvern Soċjalist.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-gvern se jkompli jiddejjen u se jkompli jagħti €82 miljun lil Steward, ammont ikbr milli se jagħti lil dawk vulnerabbli.
Malta tilfet ir-reputazzjoni tal-pajjiż, sostna Charles Azzoaprdi, li kompla li t-tberbieq u l-impunità kienu maħsuba bir-reqqa.
Hu qal li l-aktar żidiet huma fuq il-problemi l-iktar essenzjali u hemm persuni li qed jgħixu bla saqaf fuq rashom.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn eluf ta’ persuni vulnerabbli li qed ibatu minħabba ż-żieda fl-għoli tal-ħajja. Hu qal li xirja ta’ prodotti bażiċi għolit b’mod qawwi.
//= $special ?>