Is-Sindku ta’ Kiev ħareġ twissija liċ-ċittadini li f’każ li tinqata’ l-provvista tad-dawl se jkollhom jevakwaw.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat ir-Russja attakkat diversi power stations fl-Ukrajna tant li 40% tal-kumplessi tal-enerġija ġarrbu ħsarat estensivi, u diversi ibliet spiċċaw mingħajr provvista tad-dawl fi żmien li t-temperatura bdiet tonqos sew.
Is-Sindku ta’ Kiev iddiskriva dawn l-attakki mir-Russja bħala att ta’ terroriżmu kif ukoll ġenoċidju iżda qal ukoll li l-awtoritajiet qed jagħmlu minn kollox sabiex iżommu l-provvista tad-dawl u l-ilma.
Huwa qal ukoll li l-awtoritajiet qed jaħżnu fjuwil, ikel u ilma u li r-residenti għandhom jagħmlu l-istess. Barra minn hekk, diġa’ inbnew 1,000 xelter madwar il-belt fejn in-nies ikunu jistgħu jmorru għas-sħana f’każ ta’ emerġenza.
//= $special ?>