Lokali Parlament

Il-kirjiet u l-inflazzjoni qed iwasslu lin-nies għall-faqar

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-kirjiet u l-inflazzjoni qed iwasslu lin-nies għall-faqar.

Ivan Bartolo qal li l-pajjiż għandu bżonn bidla fil-mod kif jgħix il-poplu f’kull aspett u sostna li gvern Nazzjonalista kellu viżjoni li kulħadd isir sid ta’ dahru tant li llum hawn 80% li huma sidien ta’ darhom. Hu kompla li l-poplu mhux iħoss it-titjib li jitkellem dwaru l-gvern għaliex il-lvell tal-għajxien tal-poplu tbaxxa.

Dwar il-lista ta’ stennija, Ivan Bartolo qal li l-gvern qed jgħid li hemm 1,300 persuna jistennew f’din il-lista iżda ftit ilu l-Ministru stess kien kwotat jgħid li fil-fatt hemm 2,600 jistennew. F’Jannar jirriżulta li din il-lista kienet 2,920; mhux veru li qabel kien hemm 3,000.

Fl-2010 Rodrick Galdes kien qal li l-lista ta’ stennija hi ta’ 1,600, sostna d-deputat Ivan Bartolo, li kompla li l-gvern sisa qed jgħid li hawn iktar appartamenti mili hemm persuni jistennew.

Ivan Bartolo kompla li kien hemm numru ta’ skambji li kienu wjoll jgħoddu mat-3,000; il-gvern għandu jispeċifika dwar dan. L-akkomodazzjoni soċjali mhix il-ġebel iżda hi n-nies; il-gvern mhux jgħid kemm qed jinqatgħu nies mil-lista ta’ stennija.

Dwar il-care-plan, Ivan Bartolo qal li dan kien diġà jeżisti u kien isir ma’ professjonisti minn diversi entitajiet. Issa se tkun ivvintata rota oħra biex ikun hemm skużi għal impjiegi ġodda għaliex il-profili tal-klijenti diġà kienu hemm.

Hu semma l-equity sharing u qal li din kienet daħlet fl-2004 iżda din kienet twaqqfet minħabba li ken hemm xi wħud li ma felħux iħallsu iżda dak iż-żmien il-gvern kompla jgħinhom flok ħadilhom il-post. L-Aworità illum għandha tassigura modi kif dawn il-persuni jkunu mgħejjuna.

Dwar il-miżuri ta’ €10,000 għal min jixtri l-ewwel djar, Bartolo qal li diġà kien hemm skema simili taħt gvern Nazzjonalista u l-PN kien ukoll wiegħed dawn it-tip ta’ inċentivi fl-aħaħr programm elettorali.

Hu appella biex l-Awtorià tad-Dar timxi fuq prinċipji soċjalisti u tkellem dwar il-persuni li jkunu ħarġu minn care-homes u persuni li jkunu vittmi ta’ vjolenza domestika.

Hu staqsa x’inhi s-sitwazzjoni tal-binjiet li għadhom ġebel u saqaf fl-Imsida u spjega kif hemm problemi kbar ta’ lifts li ma jaħdmux u x-xogħlijiet ma’ jintemmux. Dan qed iwassal biex anzjani jinsabu msakkra ġo djarhom u ma jistgħux joħorġu.

Id-deputat Ivan Bartolo qal li l-gvern għandu prijoritajiet ħżiena; il-pajjiż jinsab fi żmien Charles Dickens u sostna li l-PN hu obbligat jitkellem quddiem il-korruzzjoni u l-abbużi. Il-gvern għandu jitma lit-tfal li huma jinsab fil-bżonn għaliex l-inflazzjoni qed tkisser il-familji. Il-kirjiet u l-inflazzjoni qed iwasslu lill-familji fil-faqar.

Ivan Bartolo qal li llum hawn nies li qed jgħixu fl-istess kmamar; forom ta’ kerrejjiet. Hu sostna li s-soċjalisti veru jifhmu dan u kompla li s-soċjalisti ta’ veru jinkeddu quddiem dan kollu iżda l-gvern llum dan isejjaħlu progress. Il-pajjiż qatt ma kien f’din is-sitwazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.

Din is-sitwazzjoni qed ikollha effetti negattivi fuq it-tfal li qed ikollhom ibiddlu l-postijiet fejn jgħixu, sostna Ivan Bartolo, li kompla li persuni li jkollhom problemi urġenti ta’ ħsarat jeħtieġ ikunu trattati b’urġenza.

Ivan Bartolo qal li anki s-sitwazzjoni f’Għawdex qed tinbidel u sostna li l-gvern abbanduna l-inġustizzja li wetatq hu stess bejn l-1981 u l-1983. Hu sostna li fil-ġranet ta’ qabel l-elezzjoni, il-gvern kien iffinalizza anki kuntratti biex persuni vulnerabbli jingħataw post tal-gvern iżda issa dawn il-wegħdi mhux jitwettqu.