Lokali Parlament

Il-vittmi tal-vjolenza domestika għandhom jingħataw prijorità fl-akkomodazzjoni soċjali

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li l-vittmi tal-vjolenza domestka għandhom jingħataw prijorità fl-akkomodazzoni soċjali.

Il-persuni bla dar hi realtà li qed tikber iktar meta l-prezz tal-kirijiet splodew; għalhekk jeħtieġ soluzzjonijiet konkreti. Jeħtieġ definizzjoni tat-termini persuni bla saqaf fuq rashom, sostniet Graziella Attard Previ, li kompliet li għandha sisr din id-definizzjoni biex il-problema tkun identifikata u minn fejn ġejja.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li fl-Awstralja u fl-Ingilterra din id-definizzjoni hi iktar miftuħa minn dik f’Malta u spjegat li f’Malta n-numru ta’ persuni bla sqaf fuq rashom qed jiżdiedu. F’erba’ ġimgħat bejn Jannar u Frar kien hemm 178 persuna u numru ta’ tfal li ma kellhomx saqaf fuq rashom, skont stħarriġ tal-YMCA. Malta għad m’għandhiex statistika uffiċjali li turi kemm hawn persuni bla dar. In-numri rapportati mill-awtoritajiet huma ferm differenti minnd wk reali.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-kawżi ewlenin wara din is-sitwazzjoni huma diversi fosthom dawk soċjali inkluż il-vjolenza domestika, is-saħħa mentali u s-saħħa psikoloġika. Hemm iktar Maltin fix-shelters milli barrani; li jkollhom problemi finanzjarji bħala l-ikabr problemi li jwassalhom għal sitwazzjoni fejn ma jkollhomx fejn jqogħodu.

Għall-Maltin, il-kawżi li jwasslu għal din is-sitwazzjoni huma l-vjolenza domestika, is-saħħa mentali u l-problemi finazjrji.

Attard Previ qalet li pesuni li jkunu għaddew minn vjolenza domestika għandhom jingħataw prijorità fl-akkomodazzjoni soċjali. Hi sostniet li jeħtieġ li l-persuni li jkolhom dawn id-diffikultajiet ikunu mgħejjuna biex joħorġu minn din is-sitwazzjoni.

L-iskemi għax-xiri huma ‘l bogħod minn għajnuna għaliex il-kirjiet huma għolin wisq. Mhux aċċettabbli li tingħata akkomodazzjoni soċjali li ma tkunx xierqa, fosthom djar bla dawl u bla ilma. M’għandux ikun aċċettabbli li Malta taċċetta li l-problema tan-nies bla dar hi tant kbira li ma tistax tissolva, sostniet Graziella Attard Previ.