Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ appellat fil-parlament biex il-gvern u l-awtoritajiet jassiguraw li t-tfal ikunu protetti minn diversi abbużi.
Graziella Attard Previ qalet li l-problema tal-faqar hi waħda reali fost it-tfal li anki qed jitolbu ikel fl-iskema Childrens Dreams. Dan juri li lf-aqar qed jinħass sew fil-pajjiż.
Hi staqsiet jekk iż-żieda li qed jagħti l-gvern hix biżżejjed quddiem l-inflazzjoni u sostniet li fil-pajjiż hawn faqar soċjali. Dan iweġġa’ iktar, sostniet id-deputat Nazzjonalista li kompliet li l-problema tas-seperazzjonijiet qed teffettwa lit-tfal. X’se jsir biex it-tfal ma jgħaddux minn trawma?
Graziella Attard Previ qalet li l-pajjiż ma jistax jitlef ġenerazzjonijiet tat-tfal u sostniet li tqanqlet ukoll il-problema taż-żwiġijiet tat-tfal fil-pajjiż. Jekk mhux se tittieħed azzjoni din se tkun problema oħra; il-pulizija qed jinvestigaw din is-sitwazzjoni?
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-liġijiet Maltin ma jħarsux biżżejjed kontra ż-żwiġijiet fuq it-tfal. Wasal iż-żmien li ċ-child grooming ikun definit u li l-Korp tal-Pulizija kollu taqsima speċjalizzata għaċ-child grooming.
Graziella Atatrd Previ sostniet li hemm 20 każ ta’ child grooming; dawn huma biss parti żgħira mill-problema. Il-gvern għandu jinvesti f’kampanji edukattivi fl-iskejjel u fil-media biex it-tfal jirrapportaw meta jħossuhom mhedda.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li t-tfal għandhom jibqgħu tfal u tkellmet dwar l-isfidi li għandhom is-social workers. Fil-pajjiż hawn nuqqas kbir ta’ social workers għaliex ftit hawn konoxxenza tal-importanza ta’ din il-karriera.
Jeħtieġ li l-persuni li jkunu social workers ikunu kwalifikati għaliex inkella jinħolqu problemi oħra. Jeħtieġ ukoll pjan konkret biex iktar persuni jkunu attirati lejn din il-professjoni, sostniet Graziella Attard Previ.
//= $special ?>