Fl-aħħar ġurnata tal-kampanja tal-elezzjoniijiet magħrufa bħala mid-terms, il-President Joe Biden u l-ex President Donald Trump għamlu l-aħħar diskors tagħhom.
Bħalissa jidher illi n-nies qed jiffavorixxu lir-Repubblikani li qed jippruvaw jieħdu l-kontroll minn idejn id-demokratiċi. 40 miljun persuna diġa’ vvutaw fil-mid-terms – numru li jaqbeż l-early voters li kien hemm fl-2018.
Fid-diskors tiegħu, Biden qal li din l-elezzjoni se tiddetermina l-għoxrin sena li jmiss għall-Istati Uniti hekk kif il-votanti iridu jagħżlu bejn żewġ vizjonijiet tal-Amerika li huma fundamentalment differenti.
Minn naħa tiegħu, Trump għamel siegħa sħiħa jattakka lid-demokratiċi hekk kif saħaq li dawn qed jippruvaw idaħħlu l-komuniżmu fl-Amerika. Fid-diskors, huwa kkonferma li se jerġa’ jikkontesta għall-President fl-elezzjoni tal-2024.
//= $special ?>