Illum it-Tnejn f’Nyon ittellgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League. L-aktar partiti li tispikka hi ripetizzjoni tal-finali tas-sena li għaddiet bejn Liverpool u Real Madrid. Dawn iż-żewġ klabbs rebħu dan l-unur għoxrin darba bejniethom.
L-ewwel leg se jintlagħab fl-14 u l-15, fil-21 u 22 ta’ Frar, filwaqt li t-tieni leg jintlagħab fis-7 u t-8,fl-14 u fil-15 ta’ Marzu 2023.
RB Leipzig (GER) v Man City (ENG)
Club Brugge (BEL) v Benfica (POR)
Liverpool (ENG) v Real Madrid (ESP)
AC Milan (ITA) v Tottenham (ENG)
Eintacht Frankfurt (GER) v SSC Napoli (ITA)
Borussia Dortmund (GER) v Chelsea (ENG)
Inter (ITA) v Porto (POR)
Paris Saint-Germain (FRA) v Bayern Munich (GER)
Mis-16-il tim li se jieħdu sehem f’din il-fażi, se jkun hemm erba’ timijiet Ġermaniżi, erba’ timijiet Ingiżi u tliet timijiet Taljani, filwaqt li wara diversi snin Spanja se tkun rapreżentata minn Real Madrid biss. Fatt ieħor interessanti hu li fost is-sittax-il tim, hemm ħames timijiet immexxija minn coaches Taljani. Dawn huma Carlo Ancelotti, Antonio Conte, Luciano Spalletti, Stefano Pioli u Simone Inzaghi.
Il-Finali se tintlgħab is-Sibt 10 ta’ Ġunju f’Istanbul it-Turkija. Din se tkun it-tieni darba li se ssir il-finali f’dan l-istadium wara dik tal-2005 fejn Liverpool kienu rebħu lil AC Milan bil-penalties.
Aktar tard illum se jittellgħu wkoll il-poloz tal-Uefa Europa League u Uefa Conference League
//= $special ?>