Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tal-Uefa Europa League. Il-logħba Barcelona v Manchester United se tkun l-aktar logħba mistennija f’dan l-istadju. It-tim Spanjol ta’ Sevilla li hu l-aktar klabb li rebaħ dan l-unur se jilgħab kontra PSV tal-Olanda.
Il-Poloz huma:
Barcelona v Manchester United
Juventus v Nantes
Sporting CP v Midtjylland
Shakhtar Donetsk v Rennes
Ajax v Union Berlin
Bayer 04 Leverkusen v Monaco
Sevilla v PSV
Salzburg v AS Roma
Il-logħob se jintlagħab fis-16 u fit-23 ta’ Frar. Il-Finali se ssir l-Erbgħa 31 ta’ Mejju fil-Puskás Aréna, Budapest l-Ungerija.
Fi ftit ħin ieħor se jittellgħu l-poloz tal-Uefa Conference League.
//= $special ?>