Fi kliem l-għaqda Repubblika, l-Avukat Ġenerali inqabdet f’gidba meta taħt ġurament hija qalet li “dwar il-każ ta’ Pilatus ma kienet ħadet l-ebda deċiżjoni filwaqt li issa, permezz ta’ dan ir-rikors, qalet li ma tistax tixhed fuq id-deċiżjoni li ħadet. Hi stess tfixklet liema gidba għandha tpoġġi ‘l quddiem.”
Dan qalu l-President tal-għaqda Repubblika f’kummenti li ta lill-ġurnalisti ftit tal-ħin ilu.
Filwaqt li tenna li dawn l-affarjiet kollha juru l-gideb ta’ Victoria Buttigieg “u li qed tabbuża mill-kariga li tokkupa”, huwa talab biex il-Parlament jibda’ proċeduri ta’ impeachement biex Buttigieg titneħħa mill-kariga.
“Jeħtieġ li l-Parlament jeżamina s-sitwazzjoni u jaġixxi kif inhu fid-dover tiegħu li jagħmel. Il-ġlieda tagħna dalgħodu ngħatat it-timbru minn Imħallef ieħor,” temm jgħid Aquilina.
//= $special ?>