Internazzjonali

Tanzanija: 19-il persuna mejta wara li ajruplan waqa’ fi xmara

Dsatax-il persuna tilfu ħajjithom wara li l-Ħadd ajruplan żgħir baqa’ nieżel fix-xmara Victoria fl-Afrika.

Fuq dan l-ajruplan kien hemm 43 passiġier, li 24 minnhom ġew salvati. Dan l-ajruplan kien sejjer fid-direzzjoni lejn it-Tanzanija fl-ajruport ta’ Bukoba iżda minflok spiċċa fi xmara li tinsab vera qrib ta’ dan l-ajruport.

Hemm possibilta’ li din it-traġedja seħħet minħabba l-maltemp li hemm bħalissa fiż-żona, iżda l-investigazzjoni għadha għaddejja.