Lokali

Tifla ta’ 6 snin bi ġrieħi gravi wara li waqgħet minn tieqa f’Ħal Għargħur

Tifla ta’ 6 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet madwar sular għoli minn tieqa f’Ħal Għargħur.

L-inċident seħħ il-Ħadd waranofsinhar għall-ħabta tat-2:45pm, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq ix-Xwieki, Ħal Għargħur.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifla ta’ 6 snin, waqgħet madwar sular għoli minn tieqa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku hekk kif ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.