Lokali Qorti

Pressjoni biex Victoria Buttigieg u Spettur ma jixhdux fuq il-Bank Pilatus: Isir rikors ieħor fl-aħħar mumenti u jerġa’ jiġi miċħud

L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg baqgħet tinsisti sa l-aħħar mumenti biex ma tagħtix id-depożizzjoni tagħha fil-Qorti fil-każ dwar il-Bank Piltatus. L-istess talba għamlitha l-Ispettur Pauline D’Amato mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tar-Reati Finanzjarji minkejja li kellhom din it-talba miċħuda mill-Qorti t-Tnejn filgħodu, lejliet il-jum fejn kienu ordnati li jixhdu, reġgħu għamlu talba oħra biex jiġu eżentati, għal darba oħra mingħajr suċċess,

L-Imħallef Christian Falzon Scerri ċaħad l-akkużi li saru mill-Avukat Ġenerali u l-Ipettur tal-pulizija li d-digriet tiegħu li rrifjuta t-talbiet tagħhom biex jitħallew ma jixhdux dwar il-Pilatus Bank nolle prosequi “kiser il-Kostituzzjoni.” L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-Ispettur tal-Pulizija Pauline D’Amato kienu talbu lill-qorti biex din ma ġġiegħelx lill-ispettur u l-AĠ jixhdu f’każ dwar in-nuqqas ki jitressqu l-Qorti uffiċjali għolja fil-Bank Pilatus.

Iżda minkejja li l-Qorti ċaħdet it-talbiet tagħhom aktar kmienu mal-jum, wara li l-Imħallef Christian Falzon Scerri ta d-digriet, l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-Ispettur Pauline D’Amato ressqu aktar rikorsi, fejn fost l-oħrajn akkużaw lill-Imħallef li kiser il-Kostituzzjoni.

“Ma jidhirx lill-qorti li d-digriet li tat dalgħodu kiser xi liġi, wisq inqas il-Kostituzzjoni,” iddigrieta l-imħallef waranofsinhar. “Bid-digriet ta’ dalgħodu, il-qorti sempliċement kienet qed twettaq dmirijietha… Fuq kollox, kienet l-għażla tal-leġiżlatur li jdaħħal id-dritt ta’ reviżjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-sistema legali Maltija,” qal l-imħallef.

Falzon Scerri irrimarka wkoll li l-Avukat Ġenerali ma kien ressaq l-ebda argument ġdid li jġiegħel lill-qorti tibdel l-opinjoni espressa fid-digriet tagħha dalgħodu. Fost l-argumenti tagħha, jidher li l-Avukat Ġenerali kienet sostniet li s-saltna tad-dritt NGO Repubblika kienet qed “tuża l-każ biex twettaq fishing expedtion”.

L-Imħallef wieġeb li ma kellu “xejn x’jgħid dwar dan, ħlief li jirrimarka li dak li Repubblika kienet qed titlob s’issa kien jaqa’ fil-parametri ta’ stħarriġ ġudizzjarju. Issa jekk għandhomx raġun jew le, għad irid jidher fis-sentenza finali.” L-imħallef iireaġixxa għall-kwistjonijiet kostituzzjonali mqajma mill-AG, u qal li l-qorti ħasset li d-deċiżjoni tagħha ma kisret ebda dispożizzjoni la tal-Kostituzzjoni u lanqas tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

“Iżda lil hinn minn dan il-punt, l-Avukat Ġenerali ma jistax jinvoka ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għax dawn id-drittijiet mhumiex riżervati għall-entitajiet tal-gvern,” irrimarka l-imħallef, filwaqt li kkwota każistika. “Sa fejn l-Avukat Ġenerali qed isostni li jekk tixhed dan jista’ jikser id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza, l-Avukat Ġenerali jista’ jserraħ ras li dan mhux il-każ għax il-protezzjoni tal-preżunzjoni tal-innoċenza ma torbotx lil dawk li, billi liġi, bħall-pulizija u l-Avukat Ġenerali, għandhom is-setgħa li jakkużaw persuni b’reati.” L-Imħallef ċaħad iż-żewġ talbiet u kkonferma li s-seduta ta’ għada se ssir.