Lokali

Awguri Ugo! Illum jagħlaq 90 sena

“Illum missieri għalaq 90 sena. Grazzi Missieri ta’ dak kollu li għamilt miegħi.”

Kien dan il-messaġġ li wassal fuq il-media soċjali d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, iben il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici li llum jagħlaq 90 sena.

Ugo Mifsud Bonnici twieled f’Bormla fl-1932. Hu serva bħala President tar-Repubblika bejn l-1994 u l-1999.

Għal 15-il sena hu serva bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għas-settur edukattiv. Fl-1977 hu kien elett bħala President tal-Kunsill Ġenerali u tal-Kunsill Amministrattiv.

Fl-1987, hu serva fil-Kabinett ta’ Eddie Fenech Adami bħala Ministru tal-Edukazzjoni.