Ċifri ppubblikati mill-NSO jikkonfermaw ir-realtà li qed naffaċjaw ta’ kuljum fit-toroq tagħna, hekk kif sfortunatament jum wara l-ieħor qed nassistu għal inċidenti xejn sbieħ – uħud minnhom fatali.
Minn Jannar sa Settembru, diġa’ kellna xejn anqas minn 21 persuna li mietu fit-toroq tagħna. Bl-agħar perijodu jkun dak bejn Jannar u Marzu.
Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kellna b’kollox 1,020 inċident li fih weġġgħu persuni. Dan ifisser żieda fuq l-istess perijodu fl-2021. Mit-total ta’ inċidenti maġġuri, 910 seħħew f’Malta u 110 f’Għawdex.
Anke meta wieħed iqabbel it-tielet kwart tas-sena, ukoll kien hemm żieda ta’ 4.3 fil-mija fuq l-2021.
//= $special ?>