Franza fetħet il-port ta’ Marseille għal ‘Ocean Viking’, dgħajsa tas-salvataġġ tal-imigranti. L-‘Ocean Viking’ inħareġ f’ Lulju ta’ 2019 mill-assoċjazzjoni French SOS Méditerranée. Id-dgħajsa kienet ilha tistenna fuq il-baħar biex jinfetah port għal kważi tliet ġimgħat, b’234 persuna fuqha. Franza qalu li mhemmx restrizzjoni fuq min jista jinżel fil-port minħabba li kulħadd għandu d-dritt tal-‘asylum seeker’.
Filwaqt li fl-Italja tħallew jinżlu 89 persuna vulnerabbli min fuq id-dgħajsa Ġermaniża ‘Rise Above’ tħallew jinżlu fil-port ta’ Reggio Calabria, iżda l-bqija tal-persuni ma tħallwex jinżlu. L-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni użat l-iskuża li ma tridx nies li possibli qegħdin hemm biex jittraffikaw lin-nies jidħlu kif iridu fil-portijiet Taljani. Mhux l-ewwel darba li l-gvern lemin ta’ Meloni ġie kkritikat li ma jipprovdux port sigur lill-immigranti. Ir-reprezenattiva fl-Italja tal-UN Chiara Cardoletti qalet li l-Italja min dejjem kienet min ta’ quddiem fuq il-kriżi tal-immigranti u li l-Unjoni Ewropea trid issib soluzzjoni għal Ewropa kollha.
Xi rġiel min fuq żewġ dgħajjes Franċiżi ‘Humanity 1’ u ‘Geo Barents’ mmexxijin min SOS Humanity ma tħallewx jinżlu fil-port ta’ Sqallija avolja tħallew jinżlu ħafna iżjed irġiel. SOS Humanity ha tieħu l-gvern Taljan il-qorti fuq dan, għax jemmnu li din kissret kemm liġi Taljana kif ukoll liġi internazzjonali.
//= $special ?>